Ħaddiem imut fuq il-post wara li waqa' sitt sulari

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:4am fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn

Ħaddiem dalgħodu miet fuq il-post wara li waqa' għoli ta' sitt sulari minn sit ta' kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:4am fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda l-ħaddiem, mill-Mali residenti Ħaż-Żabbar, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka