Iweġġa' wara li tilef il-bilanċ u waqa' minn fuq il-bejt

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, għal xi raġuni spiċċa ssakkar f'residenza u prova joħroġ billi tela' fuq il-bejt

Raġel 37 sena li jgħix il-Qrendi, kellu jittieħed b’emerġenza l-isptar wara li waqa’ minn għoli.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq il-Buttar, Santa Venera.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn hemmhekk sabu r-raġel, Filippin, midrub fuq il-bankina.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, għal xi raġuni spiċċa ssakkar f'residenza u prova joħroġ billi tela' fuq il-bejt.

Huwa tilef il-bilanċ u waqa' għall-isfel.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka