Żagħżugħa ta' 26 sena tweġġa' gravi wara li waqgħet minn tieqa

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, f'residenza  fi Triq l-Isqof F.S Caruana, l-Imsida

Żagħżugħa ta' sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet minn tieqa u ġiet ġo bitħa.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija, f'residenza  fi Triq l-Isqof F.S Caruana, l-Imsida.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka