Aġġornata | Il-Katavru li nstab fil-baħar fl-Isla huwa ta' anzjana ta' 74 sena

Skont kelliema għall-Pulizija, il-katavru ntlemaħ viċin il-Maċina

Dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00am, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ katavru ta' mara fil-baħar fl-Isla.

Skont kelliema għall-Pulizija, il-katavru ntlemaħ viċin il-Maċina.

Għaldaqstant, ġew infurmati l-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom daħlu l-katavru l- art.

Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-katavru huwa ta' mara ta’ 74 sena residenti l-Fgura.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

More in Kronaka