Raġel isofri ġrieħi serji wara li waqa' minn fuq sellum waqt li qed iżarma l-pavaljuni

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:00pm fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta

Raġel ta' 58 sena, mill-Belt Valletta, jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa' minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jgħin fiż-żarmar tal-pavaljuni tal-festa ta' Santu Wistin fi Triq ir-Repubblika.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9:00pm.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka