Arrestat Malti mfittex fl-Istati Uniti minħabba allegati attivitajiet sesswali ma' minorenni

Ir-raġel ġie arrestat dalgħodu f'San Pawl il-Baħar

Raġel Malti li kien imfittex mill-Istati Uniti minħabba reati allegatament serji, fosthom attivitajiet sesswali ma’ minorenni, ġie arrestat f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif ir-raġel ġie arrestat wara ġimgħat ta’ ħidma konġunta bejn is-Central Intelligence & Analysis u l-pulizija Maltija tal- Interpol fi ħdan it-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.

Ir-raġel ġie arrestat dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u kwart fid-dar tiegħu f’San Pawl il-Baħar. 

Il-Pulizija Maltija kkonfermat li ma sar ebda reat tal-istess natura f’Malta, mill-persuna arrestata. 

Ir-raġel issa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin sabiex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Istati Uniti. 

Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Pulizija Maltija tal- Interpol flimkien mal-Avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

More in Kronaka