Il-karozza u l-pjanċa tagħha wżati fil-qtil doppju ta' Pandolfino u s-sieħeb tiegħu kienu misruqin

Kemm il-karozza u anke l-pjanċa tagħha fil-qtil doppju f'Tas-Sliema kienu misruqin

Id-dar f'Tas-Sliema fejn seħħ il-qtil
Id-dar f'Tas-Sliema fejn seħħ il-qtil

Jidher illi kemm il-karozza u anke l-pjanċa tagħha, li ntużaw minn dawk li qatlu lil Christian Pandolfino kif ukoll lis-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski, kienu misruqin.  Fil-każ tal-pjanċa din jidher li nsterqet aktar kmieni din is-sena minn karozza oħra. 

Sorsi li tkellmu ma' timesofmalta.com.mt qalu illi huwa mifhum li l-karozza l-bajda tat-tip Tiguan insterqet sentejn ilu. 

Jidher illi l-possibilità li dawk li qatlu liż-żewġ irġiel kienu hemmhekk issa ġiet eskluża bl-irġiel li qatlu lil Pandolfino u s-sieħeb tiegħu jibqgħu fid-dar biss bejn l-10:19 p.m u l-10:23 p.m.

Pandolfino u Maciejowksi nqatlu nhar it-Tlieta tard bil-lejl, bi sparatura tinstema' ġejja mid-dar u l-pulizija jsibu lill-koppja f'għadira demm - wieħed fis-sular ta' fuq u l-ieħor ta' isfel.  Il-Pulizija qalu illi l-irġiel deheru jitilqu mid-dar f'Tas-Sliema b'basktijiet f'idejhom li jidher illi kien fihom oġġetti li nsterqu mill-istess dar.

More in Kronaka