Żagħżugħ ta' 19-il sena spiċċa fl-iżbarra wara li taqqal lit-tfajla tiegħu li għad għandha 14-il sena.
Huwa tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat li kellu x'jaqsam ma' persuna taħt l-età, li hedded u anke attakka lit-tifla.
L-Ispettur Joseph Busuttil qal lill-Qorti li t-tfajla kienet imwerwra li ż-żagħżugħ se jkun vjolenti magħha.
L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €5,000 u depożitu ta' €1,000.
Il-proċeduri se jkomplu bil-bibien magħluqa.