Żagħżugħ jinstab ferut fix-xatt tal-Imsida

Jirriżulta li ż-żagħżugħ qala’ daqqiet ta’ sikkina minn żewġt irġiel li għadhom mhux magħrufa

Żagħżugħ ta’ 29 sena nstab ferut fi Triq ix-Xatt l-Imsida, ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.

Jirriżulta li ż-żagħżugħ li huwa residenti l-Imsida iżda mill-Eritrea, qala’ daqqiet ta’ sikkina minn żewġt irġiel li għadhom mhux magħrufa.

Huwa ttieħed Mater Dei fejn irriżulta li qed isofri bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tfittex liż-żewġ persuni.

More in Kronaka