Tmut il-mara ta' 32 sena li kienet involuta f'inċident tat-traffiku f'Ħaż Żebbuġ

Il-mara kienet passiġġiera fuq mutur meta seħħ l-inċident

Mietet il-mara ta’ 32 sena li ħmistax ilu kienet involuta f’inċident tat-traffiku flimkien ma’ raġel ta’ 40 sena fi Triq l- Imdina, Ħaż Żebbuġ.

Il-mara kienet passiġġiera fuq mutur misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat.

Huma ħabtu ma' vettura misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żabbar

Is-sewwieq tal-mutur sofra biss ġrieħi ħfief iżda l-mara mill-ewwel kienet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr. Martin Farrugia LLD. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka