Żewġ żgħażagħ arrestati wara li nstabu fil-pussess ta' 60 qratas eroina u kannabis

Żewġ żgħażagħ ta' 26 sena jinqabdu bid-droga...

Ftit mid-droga li nstabet
Ftit mid-droga li nstabet

Żewġ żgħażagħ ta’ 26 sena u residenti Bormla fl-aħħar sigħat kienu arrestati wara li f’operazzjoni mill-Pulizija ta’ Kontra id-Droga assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), iż-żgħażagħ inqabdu b’ammont ta’ droga.

Il-persuni twaqqfu mill-Pulizija waqt li kienu qegħdin f’vettura, f'Bormla stess. Minn tfittxija li saret fil-vettura, l-Pulizija sabu madwar 60 qartas suspettati droga eroina, kif ukoll borża mimlija sustanza suspettata droga cannabis.

 Dwan dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa A. May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ta’ Kontra Droga għadhom għaddejjin.
 
 

More in Kronaka