Id-Dwana tikkonfiska 'l fuq minn 1,600 sett tat-televiżjoni u madwar 350 air conditioner

Dawn instabu f'kontejners li kienu ddikjarati li qed iġorru generators u anke monitors

Id-Dwana kkonfiskat 1,627 sett tat-televiżjoni, 188 air conditioners u 171 A/C outdoor units li nstabu fi tliet kontejners separati u li kienu ddikjarati li qed iġorru generators u anke monitors.

Intant, fuq vapur tal-merkanzija li daħal il-freeport matul il-lejl li għadda, instabu 3,800 sigarett tal-kuntrabandu.

Dawn instabu minkejja d-dikjarazzjoni tal-kaptan, bl-uffiċjali jitilgħu abbord u jwettqu spezzjoni.

More in Kronaka