Seba' persuni bi ġrieħi ħfief wara argument fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Seba' persuni qed isofru minn ġrieħi ħfief wara argument fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija qal li għal xi raġuni jew oħra qam argument bejn numru ta' persuni tard ilbieraħ filgħaxija.

Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija kkontrollaw dan l-argument fi ftit ħin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka