Jaqa' żewġ sulari waqt argument f'sit ta' kostruzzjoni

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq il-Mosta f’Ħ’Attard

Raġel  ta’ 36 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt argument f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Mosta f’Ħ’Attard.

Skont il-Pulizija, ir-raġel ta’ 36 sena mill-Ghana kellu argument ma’ raġel ta’ 33 sena mill-Georgia residenti San Pawl il-Baħar.

Kawża tal-argument, ir-raġel waqa’ madwar żewġ sular.

Il-vittma ttieħed b'ambulanza l- Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka