Jinżamm arrestat b'rabta ma' serqa fix-Xagħra Għawdex

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

Raġel ta' 49 sena mill-Kolombja qed jinżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti mixli b'serqa minn residenza privata fix-Xagħra Għawdex.

Fil-qorti l-akkużat ġie mixli li nhar l-1 ta' 1 ta’ Settembru 2019, għall-ħabta tal-21:40 p.m huwa daħal f'din ir-residenza privata u seraq xi affarijiet.

Is-suspettat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri. 

More in Kronaka