Ħaddiem jaqa' madwar sular f'sit tal-kostruzzjoni f'San Ġiljan

Il-każ seħħ fi Triq Schreiber u jirriżulta li r-raġel waqa' madwar sular

Taljan ta' 47 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' madwar sular f'sit tal-kostruzzjoni f' San Ġiljan.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li għall-ħabta tas-7.15 am ir-raġel li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Schreiber, San Ġiljan waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma li għandu 47 sena. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja 

Dwar il-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

More in Kronaka