Turist jitlef ħajtu wara li jiżbroffa l-vulkan fuq il-gżira Stromboli

Dalgħodu rapporti fil-midja Taljana jgħidu li s-sitwazzjoni fuq il-gżira Taljana ikkalmat

L-iżbroff tal-Vulkan
L-iżbroff tal-Vulkan

Turist tilef ħajtu lbieraħ wara li żbroffa l-vulkan fuq il-gżira Taljana ta' Stromboli.

Rapport fil-midja Taljana qalu li t-turist tilef ħajtu kaġun tal-iżbroff. Skont l-ewwel informazzjoni jidher li t-turist kien qiegħed jimxi fiż-żona biswit il-muntanja meta f'salt żbroffa il-vulkan. 

Din iż-żona hi waħda popolari ferm mat-turisti bil-vulkan innifsu jattira numru kbir ta' turisti kull sena.

Intant wara li l-bieraħ is-servizz tal-emerġenza bdew l-evakwazzjonijiet madwar il-gżira kollha, dalgħodu il-midja Taljana qed tirrapporta li s-sitwazzjoni fuq il-gżejjer Taljana tinsab aktar kalma.

More in Kronaka