Skola f'luttu wara li Elisa Buhagiar titlef ħajjitha

L-iskola tikkanċella kunċert illi fih kellha tieħu sehem it-tifla li mietet ilbieraħ f'inċident 

It-tifla ta' 10 snin li mietet ilbieraħ f'aċċident tat-traffiku fil-Manikata jisimha Elisa Buhagiar u kellha tieħu sehem f'kunċert tal-iskola fejn kienet tattendi. Dan il-kunċert annwali kien ikkanċellat hekk kif l-iskola ta' San Ġuzepp ta' Blata l-Bajda tinsab f'luttu. 

It-tifla mietet ilbieraħ f'aċċident hekk kif kienet f'karozza ma' missierha. Jidher li l-karozza kienu fiha inqalbet wara li karozza oħra li telgħet wrong way kienet qed tirriversja. 

More in Kronaka