Skont siti tal-aħbarijiet internazzjonali, il-Pulizija fi Franza arrestat lill-eks President tal-UEFA Michel Platini
Jidher li Platini qed ikun akkużat b’’korruzzjoni u dan b’rabta mal-għażla kontroversjali tal-Qatar għall-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-2022.
L-eks leġġenda ta’ Juventus, kien ammetta li kien iltaqa’ mal-eks uffiċjal Mohammed bin Hamman qabel ma vvota biex ikun il-Qatar li jospita t-Tazza tad-Dinja fl-2022.
Platini serva bħala President tal-UEFA bejn l-2007 u l-2015.
Huwa kien tkeċċa minn dan l-irwol wara investigazzjoni mill-Kumitat tal-Etika tal-FIFA