Mara ta' 38 sena ssofri ġrieħi serji wara li tittajjar f'Ħal Luqa

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Mara ta' 38 sena minn Ħal Qormi qiegħda issofri minn ġrieħi serji wara li ttajret minn karozza f'Ħal Luqa.

Skont l-ewwel informazzjoni tal-Pulizija, l-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-12:30 pm, meta raġel ta'  47 sena mis-Siġġiewi li kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Toyota Starlet laqat il-mara ta’ 38 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa.

More in Kronaka