Sirjan bi ġrieħi gravi wara li waqa' mill-għoli

Huwa kien qed jagħmel xogħlijiet f'sit tal-kostruzzjoni fil-Ħamrun

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Sirjan ta’ 23 sena li huwa residenti Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ mill-għoli.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu, f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq is-Sewwieqa fil-Ħamrun.

Mill-istħarriġ preliminari tal-Pulizija rriżulta li s-Sirjan waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari meta kien qed jagħmel xogħlijiet.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ b’ambulanza l-isptar Mater Dei għall-kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ħatar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka