Żabbari jweġġa' gravi f'inċident bil-mutur

Huwa ndarab fil-Marsa f'ħabta ma' karozza misjuqa minn tfajla miż-Żurrieq
 

Żabbari ta’ 24 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Diċembru 13 meta seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq miż-żagħżugħ u karozza misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena miż-Żurrieq.

Issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka