Pollakka ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30 fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema fejn seħħ impatt bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena miż-Żurrieq u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Imsida.
Fl-inċident intlaqtet il-Pollakka.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lill-mara l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.