Żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Għaxaq sofra minn ħruq f’inċident li seħħ fi Triq Tal-Garda fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq.
Mill-investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li ż-żagħżugħ qabbad xi skart li kien qed jarmi, li kien fih materjal relatat mal-logħob tan-nar.
Dan wassal biex iż-żagħżugħ sofra minn ħruq.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura hekk kif sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.