Serb ta’ 29 sena ttella’ mejjet mill-baħar fl-inħawi ta’ Manoel Island fil-Gżira.
Kien għall-ħabta tat-8.15 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna f’wiċċ il-baħar f’dawk l-inħawi.
Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu raġel li kien fuq dinghy li kien qed jipprova jagħti l-għajnuna lil raġel ieħor li deher mitluf minn sensieh fil-baħar, li aktar tard ġiet ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.