Il-Knisja f’Malta qed tavża fuq tliet persuni li qed iżuru knejjes u kunventi biex jitolbu l-flus.
Dawn it-tliet persuni li qed jagħmluha ta’ abbati, isqof u kjeriku qed imorru jitolbu mal-komunità u biex iqaddsu wkoll filwaqt lis-superjuri jkellmuhom dwar proġetti li għandhom f’moħħhom bl-iskop li jeħdulhom il-flus b’donazzjonijiet. L-isqof qed jgħid li huwa minn Bormla.
Il-Knisja permezz ta’ avviż fuq is-sit elettroniku qed issostni li dawn il-persuni mhumiex ordnati validament u m’għandhomx jitħallew jiċċelebraw is-Sagramenti, għax mhux ordnati.
Lanqas għandhom jiddaħħlu fil-kunventi u l-monasteri.
Il-Knisja tavża li f’każ ta’ diffikultà għandha tintalab l-għajnuna tal-Kurja.