Persuna taggredixxi uffiċjali fl-iskola Sekondarja ta' Bormla

Kemm il-Ministeru għall-Edukazzjoni kif ukoll il-Unjin tal-Għalliema (MUT) ikkundannaw dan l-aġir

Dalgħodu persuna ħebbet għal uffiċjali fl-iskola Sekondarja tal-Verdala fil-Kulleġġ Santa Margerita ta’ Bormla.

Kemm il-Ministeru għall-Edukazzjoni kif ukoll il-Unjin tal-Għalliema (MUT) ikkundannaw dan l-aġir.

L-MUT qalet li l-edukaturi qed iġarrbu sitwazzjonijiet fejn ġenituri ma jikkoperawx u minflok jgħinu biex uliedhom jaħdmu fuq in-nuqqasijiet, iwaħħlu fl-iskola u l-edukaturi għall-istess nuqqasijiet.

Il-unjin terġa’ tappella għall-miżuri ta’ sigurtà fl-iskejjel u kkomunikat ukoll mal-Ministeru biex jittieħdu l-passi meħtieġa.

L-uffiċjali tal-iskola ngħataw l-appoġġ li kellhom meħtieġ u sar ukoll rapport lill-Pulizija.

Il-Ministeru talab lill-Awtoritajiet biex jieħdu l-passi kollha fil-liġi fil-konfront tal-individwu.

More in Kronaka