Karkariż jitlef ħajtu f'inċident tat-traffiku

L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp għall-ħabta tal-22.50pm

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta’ 60 sena minn Birkirkara tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ matul il-lejl li għadda fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp għall-ħabta tal-22.50pm bejn mutur, li kien misjuq mir-raġel, karozza misjuqa minn mara ta’ 60 sena mis-Swieqi u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Ħamrun.

Issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa li ħatret esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka