Hold-up f'ħanut fis-Swatar

Ir-raġel li kien mgħammad u armat b'pistola ħarab minn fuq il-post b'rota

Ritratt | Google Maps
Ritratt | Google Maps

Raġel mgħammad u armat b’pistola wettaq hold-up minn ħanut fis-Swatar.

Is-serqa saret għall-ħabta tal-3.45 ta’ wara nofsinhar meta r-raġel daħal fil-ħanut, li jinsab fi Triq Giuzeppe Calleja u ordna li jingħata l-flus.

Huwa ħarab minn fuq il-post b’ammont sostanzjali ta’ flus permezz ta’ rota.

Ħadd ma’ weġġa’ f’din is-serqa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka