Ħallelin jorbtu raġel waqt li jwettqu serqa f’Tas-Sliema

Is-serqa saret dalgħodu għal ħabta tal-10 fi Triq Norfolk

Ritratt | Google Streetview
Ritratt | Google Streetview

Żewġt irġiel mgħammda u armati wettqu daħlu f’dar f’Tas-Sliema u serqu flus kontanti u bosta oġġetti.

Is-serqa saret dalgħodu għal ħabta tal-10 fi Triq Norfolk.

Il-ħallelin daħlu fid-dar u rabtu raġel ta 56 sena li kien fir-residenza dak il-ħin.

Aktar tard, meta l-ħallelin kienu ħarbu, huwa rnexxilu jinħall u ċempel lill-Pulizija għall-għajnuna.

L-Investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Kronaka