Żewġ Sirjani ta’ 23 u 41 sena nżammu arrestati fuq akkużi relatati ma’ atti sesswali ma’ minuri u stupru ta’ tifla ta’ 12-il sena, li m’għandhiex fejn toqgħod.
Is-Sirjan ta’ 41 sena li joqgħod il-Ħamrun kien mixli fost l-oħrajn li stupra t-tifla ta’ 12-il sena u li ħa sehem f’attivitajiet sesswali flimkien magħha u tifla oħra ta’ 13-il sena.
Is-Sirjan l-ieħor ta’ 21 sena kien mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali mal-istess tifla ta’ 12-il sena, li għenha taħrab minn dar tat-tfal u li wettaq krimini fi żmien meta kien fuq sentenza sospiża.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal-libertà proviżorja minħabba biża li l-akkużati jerġa’ jiltaqgħu mal-bniet.
Il-Maġistrat ikkonkludiet li ma tingħatax il-libertà proviżorja minħabba r-riskju li l-akkużati jbagħbsu mal-evidenza u li jaħarbu minn Malta.
L-irġiel wieġbu li ma kienux ħatja tal-akkużi mressqa kontrihom.