Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta' mutur sofra ġrieħi gravi wara impatt ma' vettura tat-tip Toyota Landcruiser

Għal-ħabta tat-14:45 pm sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involvut f’ inċident stradali fi Triq il-Qaliet, Marsaskala.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel Ingliż ta’ 30 sena residenti Marsaskala u Toyota Landcruiser misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena residenti Marsaskala ukoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.

 

More in Kronaka