Għall-ħabta tas-13:50 ta’ wara nofsinhar kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi fil-bypass tal-Gudja, bejn Toyota Dyna misjuq min raġel ta’ 43 sena minn Ħal Għaxaq u Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 80 sena mill-Imqabba u li fiha kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 77 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex biex flimkien mal-Pulizija jassistu liż-żewġ anzjani li kienu fil-Fiesta. Huma ttieħdu mmedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.