Anzjan ta' 73 sena residenti San Ġwann sofra ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq ċint.
L-inċident seħħ aktar kmieni dalgħodu meta l-anzjan, għal xi raġuni waqa' minn fuq ċint fi Triq il-Ġibjun, San Ġwann.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.