Raġel ġie ferut wara li suldat spara fuqu qrib il-mużew tal-Louvre fil-kapitali Franċiża, Pariġi.
Ir-raġel li qed jiġi rrappurtat li kellu sikkina fuq il-pussess tiegħu, kien qed iġorr ukoll bagalja u kien qed jipprova jidħol f'wieħed mill-ħwienet tal-istess mużew.
Rapporti qegħdin jgħidu wkoll li l-aggressur ipprova jattakka lil suldat fil-post, u minħabba f'hekk is-suldat spara tiri lejn ir-raġel, li ntlaqat f'saqajh, u sofri xi ġrieħi
Il-ministru għall-Intern Franċiż, iddeskriva s-sitwazzjoni bħala, 'inċident serju ta' sigurtà'.
Intant, iż-żona qrib il-mużew ġiet evakwata mill-viżitaturi sabiex jiġi aċċertat li ż-żona hi waħda sigura. Dan il-mużew u l-madwar tiegħu huma fost l-aktar żoni li jipu frekwentati mit-turisti.