Sewwieq ta' mutur jaħbat u jsofri ġrieħi gravi

Raġel ta' 35 sena kien qed isuq il-mutur fl-Imġarr meta tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta' 35 sena sofra ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qiegħed isuq waqa', wara li s-sewwieq tilef il-kontroll.

L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-11:30 ta' filgħodu meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr, Malta.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka