Tal-Imqaret ħalliena

Min irid maqrut minn bieb il-belt iħabbat bieb ieħor

Il-gabbana tal-imqaret
Il-gabbana tal-imqaret

Il-gabanna li tant kienet popolari mal-Maltin li huma u deħlin jew anke huma u ħerġin minn bieb il-belt jgħaddu jżuruha u jixtru xi maqrut jew tnejn, ħallietna.

Il-gabbana tal-imqaret wara tant snin, flimkien mal-gabbani l-oħra, tneħħew biex din il-parti tal-Belt tingħata libsa ġdida. Forsi dawn il-gabbani kienu jidhru bħala xi forma ta' 'eye sore' iżda jibqa' fatt li kienu jinżlu għasel ma' dawk li ma jkunux iridu joqgħodu bilqiegħda biex jieklu xi ħaġa jew jiffriskaw griżmejhom.

Pero bħal f'kollox kull bidu għandu t-tmiem tiegħu u hekk tal-imqaret ħalliena bħall-oħrajn u min irid iduq xi maqrut issa jrid imur iħabbat bieb ieħor għax minn bieb il-Belt mhux se jsibu.

More in Kronaka