L-Isqof t'Għawdex jiċħad li hedded lis-saċerdoti

Sezzjoni tal-midja rrappurtat li hedded li jissospendi saċerdoti jekk ma jqarbnux divorzjati

L-Isqof t'Għawdex ħareġ stqarrija li tgħid li huwa jiċħad li hedded xi saċerdoti b'sospensjoni jekk ma jqarbnux nies divorzjati u miżżewġin mill-ġdid. L-isqarrija tgħid hekk: 

"Nikkomunikaw li dak li qed jingħad f’ċerti sezzjonijiet tal-midja (internazzjonali) b’riferiment għall-Isqof Mario Grech, jiġifieri li hu “hedded lis-saċerdoti li jiġu sospiżi (a divinis) jekk jirrifjutaw li jqarbnu lil min hu divorzjat u miżżewweġ mill-ġdid. assolutament mhux minnu."

More in Kronaka