Saq fuq in-nies f'Melbourne...tlieta mejta, fosthom tarbija u 25 midruba

Ir-raġel responsabbli mill-attakk, ġie ferut u arrestat mill-pulizija

Tlieta kienu l-vittmi u aktarx 25 oħra spiċċaw feruti meta xufier b'karozza ddeċieda li jibqa' dieħel fuq in-nies fi triq tax-shopping, Bourke Street f'Melbourne l-Awstralja.

Fost il-persuni mejta hemm tarbija u erbat itfal fost il-midruba. Ix-xufier ġie ferut mill-pulizija meta sparaw fuqu u malli niżżluh mill-karrozza sabuh biss bil-qalziet ta' taħt aħmar. Dan ir-raġel li għandu 26 sena għandu serje ta' arresti dwar vjoelnza domestika u skont il-pulizija għandu problemi mentali. Għalkemm l-attakk hu wieħed terroristiku għax joħloq terrur, m'għandux x'jaqsam mal-aħħar attakki li kellna fl-Ewropa fejn kienu involuti l-ISIS.

 

More in Kronaka