filmat| Nisa Lhud u Għarab f'mixja favur il-paċi...filmat li jemozzjonak

'Prayer of the Mothers' titkanta waqt dan il-marċ

'Prayer of the Mothers' hija diska li twieldet bħala riżultat ta’ alleanza bejn il-kantanta Yael Deckelbaum, u grupp ta’ nisa kuraġġużi li qed imexxu l-moviment 'Women Wage Peace'.

Dan il-moviment qajjem rasu fis-sajf tal-2014 waqt l-eskalazzjoni ta’ vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestinjani u l-operazzjoni militari 'Tzuk Eitan'.

 

Fl-4 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet, nisa Lhud u Għarab ingħaqdu f’march ta' tama u speranza. Eluf ta’ nisa u ommijiet imxew mit-tramuntana ta’ Iżrael sa Ġerusalemm b’karba favur il-paċi. Imxew din il-mixja madwar 4,000 mara, 2,000 Għarab u 2,000 Palestinjani.

Fl-istess ġurnata madwar 15,000 mara ipprotestaw quddiem id-dar tal-Prim Ministru f’Ġerusalem. 

More in Kronaka