Erġgħu tgeddsu minn nhar is-Sibt

It-Tnejn riħ qawwi u mewġ għoli

It-temperatura mistennija terġa tinżel minn Nhar is-Sibt għal 9 gradi C matul il-lejl, iżda se tkun tinħass inqas minħabba li r-riħ se jkun qawwi mill-Punent. Din it-temperatura kiesħa mistennija li tippersisti sal-ġimgħa d-dieħla. Għalkemm din il-mewġa ta' kesħa mhux se tkun daqshekk kiesħa daqs kemm Malta esperjenzat il-ġimgħa li għaddiet. Illum u għada se jkunu normali.

Sadattant ir-riħ se jkun l-aktar qawwi nhar it-Tnejn b'mewġ għoli madwar 5 metri filwaqt li r-riħ se jonfoħ b'forza 5 sa' 7.

Informazzjoni miġjuba mis-sit firstmalta.com

More in Kronaka