Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ żebgħa ta’ linji tat-traffiku fi Vjal il-Labour illejla bejn it-20.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ għada filgħodu.
L-Awtorita’ ser tagħmel ukoll xogħol ta’ manutenzjoni f’partijiet minn Triq l-Assedju l-Kbir illejla u għada bejn it-20.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu, dejjem jekk it-temp jippermetti.
Matul il-ħin tax-xogħol dawn it-toroq ser ikunu magħluqa għat-traffiku għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jsibu toroq alternattivi. Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit tax-xogħol.
Vjal il-Labour Naxxar:
Triq l-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta: