Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-20:30, kien hemm argument bejn grupp ta’ nies fi Triq Bordino, San Pawl il-Baħar, li fih żewġt irġiel mis-Serbja, wieħed ta’ 36 sena u l-ieħor ta’ 43 sena sofrew ġrieħi gravi.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra li marru fuq il-post, sabu li waqt l-argument, il-vittmi allegatament qalgħu daqqiet ta` mazza tal-baseball u għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika fejn aktar tard huma ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija dwar x'wassal għal din il-ġlieda, għadhom għaddejjin.