20 persuna jqattgħu s-sena l-ġdida arrestati

L-eta tagħhom tvajrja bejn 19 u 38 sena

Matul il-lejl li għadda, membri mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestaw għoxrin persuna.

Dsatax-il persuna li l-eta’ tagħhom tvarja bejn id-19 u t-38 sena, ġew arrestati f’diversi lokalitajiet fosthom il-Belt Valletta, ir-Rabat Malta, San Ġiljan u San Ġwann, wara li fil-pussess tagħhom nstabu sustanzi suspettati kokaina, raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis u ecstasy.

Il-Pulizija arrestat ġuvni ieħor ta’ 19-il sena li fil-pussess tiegħu kellu madwar 90 pillola suspettata ecstasy u diversi qratas b’sustanza bajda allegatament kokaina lesta biex tiġi mibjugħa. Huwa mistenni jistressaq il-Qorti b’arrest fil-ġranet li ġejjin akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina u escasty fost akkużi oħra.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka