Żewġ karozzi jieħdu n-nar fil-Mosta, tingħalaq Triq il-Kostituzzjoni

Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident

ritratti: Albert Gauci Cunningham
ritratti: Albert Gauci Cunningham

Żewġ karozzi fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta qabdu n-nar, u minħabba f'hekk kellha tingħalaq din it-triq arterjali fil-Mosta, bil-konsegwenza li t-traffiku qed jiġi devjat għal toroq oħra fil-madwar. L-inċident seħħ ftit wara t-8.30 ta' filgħodu.

Għalkemm ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, jirriżulta li karozza waħda qabdet in-nar wara xi ħsarat li kellha, u konsegwentement, it-tieni karozza wkoll spiċċat f'daħna waħda magħha. Iż-żewġ karozzi, waħda tat-tip Peugeot u l-oħra Citroen, ġarrbu ħsarat estensivi.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

More in Kronaka