L-aħħar ħames persuni li kien fadal fuq l-ajruplan maħtuf, inkluż il-hijackers, niżlu issa minn fuqhu. Fuq quddiem hemm raġel, li x'aktarx huwa l-istess wieħed li ħareġ ixejjer bandiera ħadra ta' Gaddafi ftit tal-ħin ilu.
Jidher li r-raġuni li l-ajruplan ġie maħtuf u mniżżel Malta, kienet biex permess ta' dan, jintalab il-ħolqien ta' partit favur Gaddafi fil-Libya.
Iż-żewġ hijackers, it-tnejn li huma ta' età ta' madwar 20 sena jisimhom Suha Mussa u Ahmed Ali, mid-dehra huma oriġinarju tar-reġjun ta' Tebu, fin-naħa t'isfel tal-Libja, u kif diġà ġie stabbilit, huma sostenituri ta' Gaddafi.
Hekk kif niżel minn fuq l-ajruplan, wieħed mil-hijackers ġie mwaqqaf, newtralizzat u arrestat minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta.