Tarbija fost il-persuni miżmuma fuq l-ajruplan maħtuf

It-titjira kellha fuqha 111-il passiġġier

L-ajruplan maħtuf tal-linja Afriqiyah, fl-ajurport ta' Malta
L-ajruplan maħtuf tal-linja Afriqiyah, fl-ajurport ta' Malta

L-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah Airlines li ġie maħtuf u mġiegħel ibiddel ir-rotta lejn Malta, waqt titjira li kellha tkun waħda domestika bejn Sebha u Tripli fil-Libja, kellha fuqha 111-il passiġġier, inkluż tarbija.

Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li abbord l-ajruplan kien hemm 82 raġel, 28 mara u tarbija. Dan minbarra n-numru tal-ekwipaġġ abbord.

It-titjira li kellha tieħu madwar siegħa u għaxar minuti kellha tasal fil-belt kapitali Libjana Tripli fil-11.20, iżda minflok, żewġ persuni li kienu abbord, li apparentament huma armati bil-grenades, heddu li kienu se jisplodu l-ajruplan jekk dan ma jiddevjax triqtu, u għalhekk niżel f'Malta.

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f'Kastilja f'laqgħat mal-Kumitat tas-Sigurtà sabiex tiġi kkordinata l-operazzjoni.

Aqra iktar hawnhekk.

Aktar tagħrif dalwaqt...

More in Kronaka