Raġel mill-Etjopja, bla saqaf fuq rasu, kien arrestat għal ħames xhur hekk kif il-Maġistrat Doreen Clarke sabitu ħati li seraq bagalja ta' pilota minn lukanda f'San Ġiljan. Hu kien diġa tkeċċa miż-żona madwar l-istess lukanda hekk kif il-membri tas-sigurta' rawh iġib ruħu b'mod suspettuż.
Kiflom Habtoum, li jgħix fit-toroq, inqabad fil-fatt jisraq il-bagalja li kellha fiha laptop, proprjeta tal-kumpanija Easyjet, affarijiet elettroniċi u ħwejjeġ tad-ditta. Il-kameras tas-CCTV, wrew lill-Etjopjan iġġorr din il-bagalja minn barra l-kamra tal-pilota għall-lift fuq is-sular partikolari.
Hu kien inqabad ftit wara f'Tas Sliema u meta interrogat kien qal li l-affarijiet kienu ta' xi ħadd jismu 'David', suppost sieħeb Habtoum.