Għall-ħabta tal-22:15 tal-bieraħ filgħaxija, f’bar fi Triq ix-Xatt, iż-Żebbuġ, Għawdex, kien hemm argument bejn raġel Tork ta’ 35 sena u ieħor Somalu ta’ 30 sena, it-tnejn residenti ż-Żebbuġ.
Waqt l-argument, is-Somalu jidher li qala’ daqqa ta’ tazza u għaldaqstant fuq il-post issejjħu l-Pulizija u żewġ ambulanzi li ħadu liż-żewġ persuni l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura medika.
Is-Somalu ġie ċċertfikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-Tork, qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jasssitu fl-inkjesta li ġie appuntata.
Investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.