Raġel iweġġa' wara waqgħa minn għoli ta' sular

Raġel ta' 42 sena ittieħed l-isptar wara li waqa' għoli ta' madwar sular hekk kif sfrondaw bih xi xorok.

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Raġel ta' 42 sena mis-Siġġiewi, indarab f'sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta għall-ħabta tad-9:00 ta' dalgħodu.

Jidher li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular hekk xi sfrondaw xi xorok bih waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f'proprjetà fi Triq San Ġwann il-Mosta.

Fuq il-post minnufih issejħu l-Pulizija, flimkien ma' ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.

S'issa l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjoni dwar x'wassal għal dan l-inċident għada għaddejja.

More in Kronaka